W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri to door 2018.pdf · W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri...

Click here to load reader

Transcript of W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri to door 2018.pdf · W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri...

  • Festa Kristu Re - PAOLA 2018 3

    Għeżież tiegħi,

     Hekk kif resqin sew lejn il-Festa ta’ Kristu Re, nixtieq tassew li nitħeġġu biex din iċ-ċelebrazzjoni annwali tkun waħda denja u li minnha joħroġ il-ġid tassew.

    Hekk kif iċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid huwa dominat mill-binja tal-knisja, hekk ukoll il-festa ta’ Kristu Re għandu jkollha l-bidu, l-għan, it-tmiem u l-qofol tagħha f ’din l-istess knisja.

    Il-ferħ li nesprimu fit-toroq u fiċ-ċelebrazzjonijiet għandu jkun espressjoni esterna ta’ dak li aħna nemmnu fih u niċċelebraw. Il-festa trid tkun espressjoni sinċiera tal-imħabba tagħna lejn Kristu Re.

    Bħala ragħaj spiritwali tagħkom nixtieq naqsam magħkom xi ħaġa li lili ġġegħlni naħseb u anki forsi tinkwetani. Irridu noqgħodu attenti li l-festa tagħna ma ssirx żewġ ċelebrazzjonijiet paralleli, jiġifieri li ċ-ċelebrazzjonijiet esterni u dawk interni ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ xulxin. Nixtieq ferm li intom, bħali, taħdmu biex dan ma jsirx.

    Ejjew għalhekk nisimgħu l-leħen ta’ Gesù jsejħilna biex nimxu warajh mill-qrib u biex nersqu lejh, mhux biex nieħdu xi ħaġa li tintemm, imma biex joffrilna dak li jibqa’ għal dejjem.

    Il-kuntrast fl-attendenza għall-attivitajiet interni u dawk esterni kulħadd jista’ jarah, u huwa ta’ qsim il-qalb. Uħud jgħidulek jekk ma jmorrux għal dak il-marċ jew il-marċ l-ieħor, il-festa qisha ma ġietx, imma ma jħossux l-istess bżonn li fil-ġimgħa tal-festa jattendu għall-funzjonijiet fil-Knisja.  

    Irrid li nistaqsu lilna nfusna: Xi tfisser il-festa għalina? X’inhu essenzjali? Għalhekk nixtieq li lkoll flimkien naħdmu biex ikollna festa dejjem isbaħ u ikbar billi npoġġu l-prijoritajiet tagħna f 'posthom u fl-ordni.

    Ejjew inħallu dawn il-mumenti ta’ ċelebrazzjoni jħeġġuna biex nersqu lejn is-Sagrament tal-Qrar ħalli nesperjenzaw il-maħfra u l-ħniena ta’ Alla. Ejjew inħallu dawn il-mumenti ta’ ċelebrazzjoni jressquna lejn l-Ewkaristija, il-ħobż tassew li jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

    Għalhekk nitlob lil Kristu Re li f ’dawn il-ġranet inkunu dejjem aktar qrib tiegħu. Infittxu dejjem li naħdmu għall-għaqda fis-Saltna Tiegħu fil-Parroċċa tagħna.  

    Fuq kollox nitolbuh ikun magħna u jdawwalna bl-għerf tiegħu ħalli kull sena li tgħaddi l-festa tkun ċelebrazzjoni li mhux biss tpaxxi lil min  jieħu sehem fiha, imma li kull sena ssir dejjem iktar ċelebrazzjoni li tagħti ġieħ u glorja Lilu.

    Il-Barka ta’ Kristu Re tinżel u ssaltan fuqkom.

     

    W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri

    Messaġġ mill-Kappillan

    Min jixtieq jakkwista kopja tal-Ħarġa Speċjali ta' IS-SALTNA fl-okkażjoni tal-festa titulari jista' jiksibha mill-Knisja.

  • Preparazzjoni Liturġika għall-Festa Titulari 2018It-Tnejn, 16 ta’ Lulju:7.30pm Quddiesa għall-familji li joqgħodu fl-inħawi ta’ Triq Il-Gurbell (ħdejn in-niċċa tal-Madonna). (Organizzata mill-Gruppi Kariżmatiċi tal-parroċċa.)

    It-Tlieta, 17 ta’ Lulju:6.30pm Quddiesa fil-knisja ta’ Sant’Antnin, Għajn Dwieli għar-Residenti tal-inħawi u l-Għaqdiet Sportivi li għandhom

    il-faċilitajiet tagħhom f ’Kordin.

    L-Erbgħa , 18 ta’ Lulju:9.30am Tluq minn quddiem il-Knisja għal ŻJARA LILL-ANZJANI f ’San Vincenz de Paule Home. Kulħadd hu mistieden, partikolarment kull min għandu xi ħadd minn qrabatu rikoverat f ’din ir-Residenza.

    (Koordinatur taż-żjara Kummissjoni Djakonija)8.00pm Kunċert Vokali fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali mill-Amery Hill School Choir mill-Ingilterra, organizzat mill-JP Foundation.

    Il-Ħamis, 19 ta’ Lulju: 6.30pm Quddiesa bis-Sagrament tad-Dilka tal-Morda fil-knisja parrokkjali. Jiċċelebra Rev. Patri THOMAS CALLEJA OFM, Conv. (Organizzata mill-Gruppi Karismatiċi tal-parroċċa)

    Wara jkun hemm l-espożizzjoni tas-Sagrament u tibda Adorazzjoni sat-8.30 ta’ filgħaxija li tintemm bil-Barka Sagramentali.

    Ikun hemm ukoll servizz ta' Qrar sat-8.30 ta’ filgħaxija.

    Il-Ġimgħa, 20 ta’ Lulju:8.00pm Quddiesa għall-familji li joqgħodu fl-inħawi tal-Carters Supermarket. (Organizzata miċ-Ċelloli Parrokkjali għall-Evanġelizzazzjoni)

    Il-Ħadd, 22 ta’ Lulju: JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ8.00pm Quddiesa Speċjali organizzata mill-Grupp taż-Żgħażagħ G 7.30 fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali. Imexxi din iċ-Ċelebrazzjoni Rev. Dun BERNARD MICALLEF, Saċerdot Novell.

  • IL-ĠIMGĦA TAL-FESTAIt-Tnejn, 23 ta’ Lulju: ĦRUĠ TAL-ISTATWA TITULARI TA’ KRISTU RE BIEX TITPOĠĠA F’POSTHA FIL-KNISJA 7.00pm Quddiesa għall-bżonnijiet tal-Parroċċa fi żmien il-festa ċċelebrata

    mir-Rev. Dun GILBERT SCICLUNA, Viċi Parroku. Waqt l-Offertorju ssir l-offerta tat-tnax-il stilla tal-fidda mill-Għaqdiet. Wara r-Rappreżentanti tal-Għaqdiet iwasslu l-istilel ħdejn

    l-Istatwa titulari biex il-Kappillan ipoġġihom f ’riġlejn Kristu Re. 8.00pm Ħruġ tal-Istatwa ta’ Kristu Re fuq iz-zuntier fejn tintlaqa’ mill-Banda Kristu Re. Il-W. R. Kan. Dun MARC ANDRѐ CAMILLERI, Kappillan, jagħti l-Messaġġ tiegħu għal matul il-ġranet tal-Festa. Wara titpoġġa f ’postha fil-knisja għall-qima tal-poplu fil-ġranet tal-Festa.

    It-Tlieta, 24 ta’ Lulju: JUM IT-TFAL6.30pm It-Tfal, bniet u subien, jinġabru ħdejn il-Qasam tal-MUSEUM

    tal-Bniet, Triq Santa Monika, biex jakkumpanjaw l-istatwa ż-żgħira ta’ KRISTU RE sal-Knisja Parrokkjali minn Triq Santa Monika, Triq San Ġużepp, Triq il-Knisja u l-Pjazza.

    7.00pm Quddiesa animata mit-tfal stess. Jiċċelebra Rev. Kan. Dun KEITH SCICLUNA, Viċi Parroku.

    Wara l-Quddiesa tittella’ statwa żgħira ta’ Kristu Re fost dawk it-tfal li jkunu preżenti sal-aħħar.Fl-aħħar ikun hemm party għat-tfal fuq iz-zuntier.

    Għal din il-Quddiesa l-Kummissjoni Familja qed tistieden ukoll lill-familji kollha li għammdu tarbija matul dawn l-aħħar tnax -il xahar, kif ukoll dawk l-ommijiet li qed jistennew tarbija matul din is-sena.Fi tmiem il-Quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi kollha preżenti fil-knisja lil Kristu Re kif ukoll it-tberik tal-ommijiet.

    L-Erbgħa, 25 ta’ Lulju: JUM IL-FAMILJA U TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIETL-Ewwel Jum tat-Tridu

    6.30pm Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja li għaliha huma mistiednin dawk kollha li matul is-sena qed jiċċelebraw il-5, l-10, l-20, il-25, it-30, il-35, l-40, l-45 jew il-50 anniversarju taż-żwieġ tagħhom kif ukoll dawk kollha li għalqu ' lfuq minn 50 sena miżżewġin.

    Jiġġeddu wkoll il-Wegħdiet li dawn kienu għamlu dakinhar li rċevew is-Sagrament taż-Żwieġ. Tingħata tifkira lil kull min jieħu sehem.

    PROGRAMM LITURĠIKU TAL-FESTA TA’ KRISTU RE Il-Ħadd, 29 ta’ Lulju 2018

    Festa Kristu Re - PAOLA 2018 5

  • Wara t-Tqarbin tingħad it-Talba tal-Vokazzjonijiet mill-familji tal-Parroċċa tagħna.Jiċċelebra Rev. mu Kan. Dun JESMOND MANICARO.Il-Predikatur għat-tlett ijiem tat-Tridu jkun il-W.R. Dun CHRISTOPHER ELLUL, Arċipriet tal-Parroċċa ta' Maria Annunzjata, Ħal Tarxien.

    Fi tmiem il-Quddiesa jitkanta l-Innu, l-Antifona, u tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu Popolari. Jiffunzjona r-Rev. Patri HERBERT FRIĠĠIERI, S.J., PEP.

    Fl-aħħarnett ikun hemm bibita żgħira taħt il-portiku organizzata mill-Kummissjoni Familja.

    Il-Ħamis, 26 ta’ Lulju: JUM IL-KOMUNITà PARROKKJALI - It-Tieni Jum tat-Tridu

    Mistiedna l-Membri kollha tal-Għaqdiet Reliġjużi, Ċiviċi, Soċjali, Kulturali u Politiċi tal-Parroċċa u Emigranti Pawlisti li jkunu fostna.

    6.30pm Quddiesa li jiċċelebra Rev. Patri BERTRAND VELLA, OFM,Cap.Wara l-Quddiesa jitkanta l-Innu, l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu Popolari.Jiffunzjona Rev.mu Kan. Dun KEITH SCICLUNA, Viċi Parroku.Fl-aħħarnett ikun hemm bibita żgħira taħt il-portiku organizzata mill-Kummissjoni Familja.

    Il-Ġimgħa, 27 ta’ Lulju: JUM L-ANZJANI U L-BENEFATTURI It-Tielet Jum tat-Tridu10.00am Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Djakonija għall-Morda u

    l-Anzjani kollha tal-Parroċċa. Mistiedna l-Anzjani Pawlisti li jinsabu f ’xi Dar Residenzjali tal-Knisja, Stat jew Privat. Jiċċelebra l-Quddiesa Rev. Dun ALFRED SACCO SDB.Wara jkun hemm bibita taħt il-Portiku organizzata mill-Kummissjoni Djakonija.

    Dawk li għandhom bżonn trasport huma mitluba biex javżaw fl-Uffiċċju Parrokkjali kmieni kemm jista’ jkun.6.30pm Quddiesa għall-Benefatturi partikolarment dawk fl-iskema

    tal-Arbural u jsir talb għall-Benefatturi ħajjin u dawk mejtin.Jiċċelebra l-Quddiesa Rev.mu Kan. Dun MICHAEL ZAMMIT, Kappillan tal-Parroċċa ta' Sant’Andrija, Ħal Luqa.Wara l-Quddiesa jitkanta l-Innu, l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu Popolari. Jiffunzjona Rev. Dun GILBERT SCICLUNA, Viċi Parroku.Wara jkun hemm bibita żgħira għall-Benefatturi taħt il-portiku.

    Is-Sibt, 28 ta’ Lulju: LEJLIET IL-FESTA 10.00am Quddiesa ċċelebrata mill-W.R. Kan. Dun MARC ANDRѐ CAMILLERI, Kappillan, u wara jitkanta t-TE DEUM b’ringrazzjament għall-ġranet tat-Tridu.

    6 Festa Kristu Re - PAOLA 2018

  • 6.15pm Translazzjoni Solenni bir-Relikwa tas-Salib Imqaddes mill-knisja ta’ Santa Ubaldeska għall-knisja parrokkjali fejn isir ukoll l-Ewwel Għasar. Imexxi l-Ill.mu Rev.mu Mons LAWRENCE GATT, Prot. Ap., Kanċillier tal-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta.

    7.15pm Quddiesa Solenni ċċelebrata mil-W. R. Dun CHRISTOPHER ELLUL, Arċipriet tal-Parroċċa Maria Annunzjata, Ħal Tarxien.

    Il-Ħadd, 29 ta’ Lulju: JUM IL-FESTA TITULARI TA’ KRISTU RE6.30am u 8.00am Quddies tal-ħin.9.15am Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-Ill.mu Rev.mu

    Mons ARTHUR SAID PULLICINO, Prot. Ap. Jinseġ il-Paneġierku Rev.mu Kan. Dr NICHOLAS J. DOUBLET10.45am Quddiesa li ssir fil-knisja ta’ Santa Ubaldeska.11.00am PURĊISSJONI EWKARISTIKA li tgħaddi mill-Pjazza Antoine de Paule, Triq Ninu Cremona, Triq Tramuntana, Triq l-Arkata u l-Pjazza. Fid-dħul tal-purċissjoni fil-knisja parrokkjali tingħata l-Barka Sagramentali.5.45pm Quddiesa Solenni mmexxija mir-Rev. Patri ALAN JOSEPH ADAMI OP Saċerdot Novell.6.45pm It-Tieni Għasar Solenni.7.45pm Purċissjoni bl-Istatwa Titulari ta’ KRISTU RE mmexxija

    mir-Rev. Patri ALAN JOSEPH ADAMI OP. li tgħaddi mill-Pjazza, Triq Tarxien, Triq Lampuka, Triq Stivala, Triq Mater Boni Consilii u tkompli għal Triq Ħaż-Żabbar, il-Pjazza u l-knisja.

    9.30pm Meta l-Purċissjoni tasal quddiem il-Kunvent tas-Sorijiet tas-St. Joseph, fi Triq Ħaż-Żabbar, issir il-Konsagrazzjoni tal-Parroċċa lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.10.30pm Dħul tal-Istatwa Titulari ta’ KRISTU RE. Kant tal-Antifona u Barka Sagramentali. Jiffunzjona r-Rev. Patri ALAN JOSEPH ADAMI OP.

    Fil-Quddies tal-Ġranet tat-Tridu, tat-Te Deum, ta’ Lejliet il-Festau ta’ nhar il-Festa filgħaxija jieħu sehem

    il-Kor Parrokkjali HALLELUJAH immexxi mis-Sur IVAN VELLA.Organista s-Sur JURGEN GRIMA

    Fiċ-Ċelebrazzjonijiet tat-Tridu, t-Translazzjoni, l-Ewwel u t-Tieni Għasar, il-Quddiesa Solenni tal-Festa u d-Dħul tal-Purċissjoni jieħdu sehem

    l-Orkestra u l-kor BEL CANTO taħt id-direzzjoni tas-Surmast HERMAN FARRUGIA FRANTZ.

    Il-Ħadd, 5 ta’ Awwissu:9.30am Quddiesa ta’ Ringrazzjament u l-Istatwa ta’ Kristu Re tittieħed ħdejn in-niċċa. Jiċċelebra r-Rev. Dun GILBERT SCICLUNA, Viċi Parroku.

    Festa Kristu Re - PAOLA 2018 7

  • It-Tnejn 23 ta’ Lulju - 8.00pm sal-11.00pm Ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Kristu Re għall-qima tagħna fi żmien il-festa.Il-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule tilqa’ u ssellem lil Kristu Re fuq iz-zuntier u tkompli bi programm ta’ marċi brijużi fit-toroq: Pjazza, Triq il-Knisja, Durrgħajsa, Tama, Gurbel, Sir Temi Zammit, Caruana, Fuħħar, Ġużè Damato, Pjazza, Arkata, Pjazza Sant'Ubaldeska. Hawnhekk isir it-tlugħ tal-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù fuq il-kolonna u wara l-marċ ikompli fi Triq l-Arkata u Pjazza.Dan il-marċ huwa organizzat mis-Soċjetà Fil. G.M. Fran Antoine De Paule, Banda Kristu Re.

    It-Tlieta 24 ta’ Lulju - 8.00pm sal-11.00pmProgramm ta’ marċi brijużi mill-Banda tas-Soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonica Sagra Famiglia, Kalkara fit-toroq: Isqof Buhagiar, Għajn Dwieli, Fr Charles Plater , Vittmi tax-Xogħol, Għaqdiet, Wied Blandun, Kampanella, San Franġisk, Liedna, San Mikiel, Mater Boni Consilii, Sorijiet, Tal-Borg, San Ġużepp, Santa Monica, Lampuka, Sammat, Pjazza, Ġużè Damato, Lampuka. Hawnekk isir it-tlugħ tal-istatwa ta’ Kristu Saċerdot fuq il-kolonna u wara l-marċ ikompli fi Triq il-Knisja u l-Pjazza.

    L-Erbgħa 25 ta’ Lulju - 8.30pm sal-11.30pmProgramm ta’ marċi brijużi mill-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan, Banda Paola fit-toroq: Pjazza, Foss, Ħal-Saflieni, San Alwiġi, Robinich, Ix-Xewk, Imbroll, Luqa, Nazzarenu, Tarzna, Tarxien, Lampuka, Santa Monika, Tarzna, Ġużè Damato, Lampuka, Knisja , Pjazza.Fi tmiem il-marċ isir it-tlugħ tal-istatwa ta’ Kristu Re fi Triq Tal-Borġ.

    Il-Ħamis 26 ta’ Lulju - 8.45pm Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan quddiem l-istatwa ta’ Kristu Re tal-istess Għaqda fi Triq Tal-Borġ.Wara jsir marċ li fi tmiemu jsir it-tlugħ tal-istatwa tal-Gran Mastru Fra Antoine De Paule fuq il-kolonna fil-Pjazza.

    Il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju - 8.00pm sa Nofs il-LejlProgramm ta’ marċi brijużi mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule bl-istatwa ta’ Kristu Re fit-toroq:Zuntier, Pjazza, Ninu Cremona, Tramuntana, Arkata, Ġdida, Tifkira, San Edwardu, Palma, Tarxien, Tarzna, Santa Monika, San Ġużepp, Ġużè Damato, Sorijiet, Knisja, Qalb ta’ Ġesù, Kalkara tal-Ġir, Bormla, Pjazza.

    Nofs il-LejlFi tmien il-marċ isir it-tlugħ tal-istatwa ta’ Kristu Re fuq il-kolonna fil-pjazza. Dan il-marċ, briju, nar tal-art u tal-ajru huma organizzati mis-Soċ. Fil. G.M Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re.

    Is-Sibt 28 ta’ Lulju - Lejlet il-Festa - 8.15pmKorteo tal-Għaqdiet minn quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali fi Triq Lampuka akkumpanjat mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule li jgħaddi mit-toroq: Tal-Borġ, Qalb ta’ Ġesù, Vjal il-Knisja u Pjazza fejn issir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni tar-rand.

    Programm tal-Festi Esterni 2018

    8 Festa Kristu Re - PAOLA 2018

  • 9.00pmProgramm ta’ marċi brijużi mill-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan fit-toroq: Pjazza, Żabbar,  San Ġużepp, Wied, Zabbar, San Ġużepp,  Ġużè Damato, Lampuka, Santa Monika, Tarzna, Ċimiterju, Sant’ Ubaldeska, Sammat, Pjazza.

    9.15pm Programm fuq il-planċier mill-Banda Kristu Re tas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paule.

    11.00pmIl-Banda Kristu Re u l-Banda Paola jingħaqdu flimkien u jagħmlu marċ a La Veneziana madwar il-Pjazza Antoine De Paule.

    Nofs il-LejlĦruq tal-logħob tan-nar tal-art organizzat mill-Kummissjoni Festa Kristu Re b’kolaborazzjoni mas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule.

    Il-Ħadd 29 ta’ Lulju - Jum il-FestaNofsinhar sat-3.00pmMarċ brijuż mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule li jgħaddi mit-toroq: Pjazza, Arkata, Ġdida, Palma, Melita, Nazzarenu, Luqa, Annunzjata, Lampuka, Sammat, Pjazza, Triq il-Knisja, Qalb ta’ Ġesù, Ħaż-Żabbar, PjazzaDan il-marċ huwa organizzat mis-Soċjetà Fil. G.M. Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re

    7.15pm Il-Banda San Lawrenz, Birgu, tibda marċ minn Triq is-Sultana kantuniera ma’ Triq il-Ġdida u tkompli għat-toroq Sant’Ubaldeska, Arkata sal-Pjazza u tkompli bi programm mużikali fuq il-planċier sad-dħul tal-purċissjoni.

    7.15pm Il-Banda tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, il-Marsa, tibda marċ minn Triq Sammat kantuniera ma’ Triq San Ġużepp u tkompli sal-Pjazza.

    7.45pmIl-Banda tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, il-Marsa ssellem u wara takkumpanja l-istatwa Titulari ta’ Kristu Re matul il-purċissjoni li tgħaddi mit-toroq:Pjazza, Ħal Tarxien, Lampuka, Joseph Stivala, Mater Boni Consilii, Ħaż Żabbar u l-Pjazza

    10.00pmTislima vokali u orkestrali lill-istatwa titulari organizzata mill-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan, Banda Paola, hekk kif tasal quddiem is-Sede tal-Għaqda.

    10.30pmDħul tal-Istatwa Titulari ta’ Kristu Re lura fil-Knisja akkumpanjata miż-żewġ baned mistiedna. In-Nar tal-ajru fil-ħruġ tal-Vara Titulari, tul il-Purċissjoni u fid-dħul tagħha hu kkommissjonat mill-Kummissjoni Festa Kristu Re.

    Festa Kristu Re - PAOLA 2018 9

  • Hidma ta’ Manutenzjoni u Dekorazzjoni li saret fil-knisja parrokkjali tul din is-sena.

    Wieħed mir-rakkonti li ġie mniżżel fl-istorja tal-bini tal-knisja parrokkjali tagħna jsemmi ż-żjara li saret mill-Isqof Mawru Caruana hekk kif ix-xogħol kien beda jingrana. Jingħad ukoll li malli ra dak li kien qed isir, l-Isqof esklama “ Un miracolo a Casale Paola”- miraklu f ’Casal Paola.

    Ħadd minna ma kien hawn dakinhar, imma żgur li jekk inħarsu lejn il-ħidma kontinwa li qed issir fil-Knisja tagħna matulek ja sena jkollna nistqarru li dan il-miraklu għadu għaddej xahar wara xahar.

    Għalhekk, qabel ma nagħti rendikont ta’ x’sar f ’dawn l-aħħar xhur biex inkomplu nsebbħu dan it-tempju majestuż nixtieq nirringrazzja lil tant benefatturi li b’ġenerożità kbira joffru minn ġidhom għad-Dar ta’ Alla u nirringrazzja lill-voluntiera kollha li flimkien mas-Sagristan jaħdmu bla heda għal dan il-għan. Manutenzjoni

    1. Il-gradi tal-portiku principali;2. Il-bjut tad-Dar Parrokkjali u l-Uffiċċju Parrokkjali;3. Il-bejt tas-Sagristija;4. It-twieqi tal-koppletti tan-naħa ta’ Triq il-Knisja;5. Inbidel id-dawl kollu taċ-ċinta tal-knisja minn ġewwa;6. L-apside minn ġewwa u minn barra;7. Tlesta il-water proofing tal-korsija u tal-gallariji tal-koppla;8. Tibjid u refurbishing tal-kamra tal-Kor u li sservi wkoll għal-laqgħat taħt is-Sagristija;9. Tibjid ġenerali fl-intrata tal-Uffiċċju Parrokkjali;10. Alarm system għall-knisja u għall-Uffiċċju Parrokkjali;11. Inbeda x-xogħol fuq il-kampnar ta’ Triq il-Knisja;12. Dawra sew il-bibien tal-kampnari

    Dekorazzjoni1. Tlestew il-busti tal-Appostli San Ġakbu u San Bartilmew tal-korsija;2. Żidna l-pitturi ta’ Sant’Agata u San Publiju fuq l-artali tal-ġnub;3. Tlestiet il-pittura kbira tal-Adorazzjoni tal-Maġi;4. Tkompliet l-induratura u l-friż kollu tal-korsija;5. Għaddej ix-xogħol fuq is-Sopraporta li ser tkun qed iżżejjen il-Bieb Prinċipali li nittamaw

    tkun lesta sal-festa ta’ sena oħra.6. Inbeda x-xogħol fuq is-sopra porta tal-bieb prinċipali;7. Inxtara sett vażuni għall-fjuretti ta’ fuq l-artal tas-sagrament;8. Tlestiet in-niċċa l-ġdida għall-vara titulari;9. Statwa żgħira ta’ Kristu Re għall-purċissjoni tat-tfal;10. Sett brazzi tal-injam skolpit u indurat għal quddiem il-Via Sagra;11. Sett ta’ Buqar u żewġ Baċiri tal-“Lavabo” tal-Fidda;12. Ċensier u Navetta tal-fidda;13. Sett Pjaneti Rumani, Kappa, Velumeral, Tuniċella u Sopra Leġiju bojod;14. Pedestall għar-relikwi;15. Loppa għal-Lampier tas-Sagrament;16. Induratura tal-kaptelli u l-arkata ta’ fuq il-Kappella tas-Sagrament; 17. Il-Pittura tal-apside tal-knisja kif ukoll id-dekorazzjoni tas-Sekond Ordni taħtha;

    Xogħolijiet Pjanati. 1. Monument ta’ Gużè Damato mal-kampnar fin-naħa ta’ Triq Gużè Damato;2. Skrizzjoni kommemorattiva fuq il-Friż ta’ barra tal-faċċata tal-knisja.

    Id-disinni ta’ dawn diġà ġew approvati mill-Kummisjoni Arti Sagra tal-Kurja u jonqos biss il-Permessi tal-MEPA.

    10 Festa Kristu Re - PAOLA 2018