Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous...

8
1 Iċ-Ċagħkija Fulje maħruġ mil-librerija tal-iskola Skola Medja Rabat Triq Ferris Rabat RBT 2190 Malta Tel 21454103 [email protected] Id-disaħarġa Ir-rabasena Jannar-Marzu 2017 Il-Kelma tal-Kap tal-iskola L-ewwel term għadda u wasalna wkoll għal waħda mill-isbaħ fes, L-Għid il-Kbir. Dan għandu jkun żmien fejn nidħlu ſtit fina nfusna biex inkunu nistgħu nevalwaw dak kollu li għamilna tajjeb u nżommuh, kif ukoll nwarrbu jew nirranġaw dak li għamilna ħażin. Forsi bdaqsxejn sforz insibu kuraġġ nammeu l-ħażin u niskużaw ruħna mamin weġġajna. Mhux hekk inkunu nixequ li jsir magħna meta jweġgħuna? Jien nagħkom parir li qabel kull darba li tkunu se tagħmlu jew tgħidu xi ħaġaeqfu u staqsu lilkom infuskom, intom kif thossukom kieku xi ħadd jagħmel hekk jew jgħid hekk lilkom? Dan kollu qed ngħidu għax ħafna mill-każi li jidħlu quddiemi jkunu nuqqas taħsieb u nuqqas tarispe jew sensivita` lejn ħaddieħor. Ma nistax ma nitkellimx ſtit fuq ir-riżulta akkademici. Tawħud juru l-impenn li ħafna minnkom jieħdu fl-istudju tagħhom iżda sfortunatament mhux kulħadd. Nieħu spunt biex niġbed l-aenzjoni tamin mhux jieħu l-affarijiet bis-serjeta`. Għandu jaħsibha sew għax jaf iba l quddiem. Nagħlaq billi nawgura lilkom u lill-familji taghkom l-Għid it-tajjeb. Strieħu u żommu l bogħod mill-periklu. Iċ-Ċagħkija xeq lill-qarrejja tagħha L-Għid it-Tajjeb

Transcript of Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous...

Page 1: Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo Masterminds: Payback—Gordon Korman The ad Guys in mission unpluckable—Aaron

1

Iċ-Ċagħkija Fuljett maħruġ mil-librerija tal-iskola

Skola Medja Rabat Triq Ferris Rabat RBT 2190 Malta Tel 21454103

[email protected]

Id-disa’ ħarġa Ir-raba’ sena Jannar-Marzu 2017

Il-Kelma tal-Kap tal-iskola

L-ewwel term għadda u wasalna wkoll għal waħda mill-isbaħ festi, L-Għid

il-Kbir. Dan għandu jkun żmien fejn nidħlu ftit fina nfusna biex inkunu

nistgħu nevalwaw dak kollu li għamilna tajjeb u nżommuh, kif ukoll

nwarrbu jew nirranġaw dak li għamilna ħażin.

Forsi b’daqsxejn sforz insibu kuraġġ nammettu l-ħażin u niskużaw ruħna

ma’ min weġġajna. Mhux hekk inkunu nixtiequ li jsir magħna meta

jweġgħuna? Jien nagħtikom parir li qabel kull darba li tkunu se tagħmlu

jew tgħidu xi ħaġa… tieqfu u tistaqsu lilkom infuskom, intom kif

thossukom kieku xi ħadd jagħmel hekk jew jgħid hekk lilkom? Dan kollu

qed ngħidu għax ħafna mill-każi li jidħlu quddiemi jkunu nuqqas ta’ ħsieb

u nuqqas ta’ rispett jew sensittivita` lejn ħaddieħor.

Ma nistax ma nitkellimx ftit fuq ir-riżultati akkademici. Ta’ wħud juru l-impenn li ħafna minnkom jieħdu

fl-istudju tagħhom iżda sfortunatament mhux kulħadd. Nieħu spunt biex niġbed l-attenzjoni ta’ min mhux

jieħu l-affarijiet bis-serjeta`. Għandu jaħsibha sew għax jaf ibati ‘l quddiem. Nagħlaq billi nawgura lilkom u

lill-familji taghkom l-Għid it-tajjeb. Strieħu u żommu ‘l bogħod mill-periklu.

Iċ-Ċagħkija

tixtieq lill-qarrejja

tagħha

L-Għid it-Tajjeb

Page 2: Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo Masterminds: Payback—Gordon Korman The ad Guys in mission unpluckable—Aaron

2

Il-librerija hija dik il-kamra fl-iskola fejn wieħed isib ħafna għarfien miġbur f’ambjent sabiħ u kwiet.

Il-librerija toffri dinja immensa lill-istudenti li jiġu jissellfu l-kotba fil-brejk tagħhom; imma ta’ min isemmi

li x-xogħol fil-librerija mhuwiex biss waqt dan il-ħin! L-għan tagħna l-librara huwa li nkabbru u nvarjaw

il-kollezzjoni tal-kotba. B’hekk meta jiġu allokati flus f’infiq ta’ kotba nieħdu ħsieb inġibu kwotazzjonijiet

sabiex nixtru dawk il-kotba li jkollna bżonn. Dan jinvolvi li nfittxu listi ta’ kotba b’awturi tajbin u moderni

sabiex dejjem nolqtu l-gosti tal-istudenti tagħna. Wara li jinxtraw il-kotba dawn jintbagħtu sabiex jiġu

reġistrati ġewwa l-L.I.S.U. u wara li jaslu dawn il-kotba fil-kaxxi nieħdu ħsieb insibulhom il-post tagħhom

fuq l-ixkafef tal-librerija skont il-kunjom tal-awtur fuq sistema alfabetika jew bid-Dewey Classificaton

System għall-kotba li mhumiex ta’ finzjoni.

Din is-sena n-National Literacy Agency Unit allokaw 1,700 ewro u ddeċidejna li b’dawn il-flus jiġu mixtrija

kotba ta’ finzjoni bil-Malti u bl-Ingliż. Tlabna l-parir tal-għalliema sabiex dawn il-flus jintefqu bl-aħjar mod

għall-benefiċċju tal-istudenti. Barra minn hekk l-amministrazzjoni tal-iskola se tagħtina erbat elef ewro

oħra biex jintefqu f’kotba ġodda għal-librerija sa tmiem din is-sena skolastika. Grazzi mill-qalb f’isem

l-istudenti.

Mil-librerija joħroġ ukoll il-fuljett li hu tant għal qalbna: ‘Iċ-Ċagħkija’. Għalkemm mhux b’ħafna paġni, dan

il-fuljett jieħu ħafna xogħol fi ġbir ta’ kontenut, fl-issettjar u fl-istampar tiegħu. Nagħmlu mill-aħjar li

nistgħu li kull ħarġa tkun aħjar minn ta’ qabilha. Dan nagħmluh bit-tama li nqanqlu iktar interess fost

l-istudenti u l-entużjażmu tagħhom jidher fiċ-ċar meta jiġu jippreżentawlna l-kompetizzjoni li

jipparteċipaw fiha bil-għan li tmisshom ix-xorti u jirbħu xi ktieb sabiħ!Kull skola tħares ‘il quddiem sabiex

Jum il-Kisbiet ikun jum ta’ suċċess. Hija ġurnata ta’ ċelebrazzjoni li tippremja l-isforzi akkademiċi

tal-istudenti. Bħala skola nemmnu li ġest sabiħ li l-istudenti jiġu mogħtija kotba ta’ valur flimkien

maċ-ċertifikati. Ktieb jibqa’ tifkira u jqanqal fl-istudenti li jirċevuh iktar imħabba lejn il-kotba, il-qari u

t-tfittxija għall-għarfien. Imma wara dawk il-ftit sigħat hemm involuti ħafna sigħat ta’ preparazzjoni u

xogħol fil-librerija. Wara li jinħarġu l-listi tal-istudenti li jkunu se jiġu ppremjati, aħna bħala librara naraw

liema kotba l-aħjar li jinxtraw sabiex jingħataw lil kull student/a. Nippruvaw kemm nistgħu nqabblu

l-kotba skont is-suġġett meta dan ikun possibbli. Kull student jiġi mogħti numru li jidher fil-programm

fil-fuljett li jiġi ppreparat apposta għal din il-ġurnata. F’din l-ordni jitilgħu l-istudenti biex jirċievu l-premju

tagħhom flimkien maċ-ċertifikati. Għalkemm Jum il-Kisbiet ifisser ħafna xogħol għalina l-librara żgur li kull

sena nagħmlu dan minn qalbna speċjalment meta f’dak il-jum, fuq il-palk naraw l-uċuħ ferħana tal-

istudenti meta jirċievu l-kotba b’dik iż-żigarella b’isimhom fuqha!

F’Marzu kellna żieda ta’ numru sabiħ ta’ kotba ġodda u dan grazzi għall-ġest sabiħ tal-għalliema u Kap

tad-Dipartiment tal-Home Economics, Ms Marianne Bonaci, li fl-okkażżjoni tal-irtirar tagħha mis-servizz,

tat donazzjoni ta’ iktar minn 60 ktieb lil-librerija. Żgur li dawn il-kotba ser ikunu apprezzati ferm

mill-istudenti tagħna. Minn qalbna, grazzi kbira Ms Bonaci! Żgur li m’aħna se ninsewk qatt!

Aħbarijiet mil-librerija

Page 3: Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo Masterminds: Payback—Gordon Korman The ad Guys in mission unpluckable—Aaron

3

Kotba ġodda fis-suq Dragonwatch: A fablehaven adventure—Brandon Mull

When God made you–Matthew Paul Turner

Hogwarts Library—J K Rowling

The trials of Apollo—Rick Riordan

Middle School: Escape to Australia—Jamie Patterson

Duck and hippo in the rainstorm—Jonathan London

The Bad Guys in Mission Unpluckable—Aaron Blabey

Search for the lightning dragon: A branches book—Tracey West

Tim Bukthree—JD Gallagher

Wild Wilder: The lost stamp of wonder –Raymond Arroyo

Star vs Forces of Evil stars—Amber Benson

Goodnight, goodnight Construction site– Sherri Duskey Rinker

Magnus Chase and the Gods of Asgard—Rick Riordan

Making bombs for Hitler—Marsha Forchuk

Jimmy’s dreams II—Saxon Andrew

Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo

Masterminds: Payback—Gordon Korman

The Bad Guys in mission unpluckable—Aaron Blakey

Il-librerija tal-iskola

tirringrazzja

lil Ms Marianne Bonaci

Kap tad-Dipartiment

Home Economics,

li tat donazzjoni ta’ kotba

fl-okkażżjoni tal-irtirar tagħha

mis-servizz.

Page 4: Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo Masterminds: Payback—Gordon Korman The ad Guys in mission unpluckable—Aaron

4

Ġrajja tal-Waħx.

ta’ Jake Camilleri 7 Cairo

F’dar fi Triq Luigi Ellul f’Ħ’Attard, ġrat waħda mill-aktar ġrajjiet li tkexkex f’Malta.

Jum fost l-oħrajn, f’din id-dar, li jgħidu li jgħixu fiha l-fatati u ġiet miżbugħa bid-demm tan-nies mejtin li kienu joqogħdu fiha, jinstema’ tħaxwix stramb qisu ta’ xi mara xiħa. Dan il-misteru ilu biex jiġi solvut mill-1735, meta għall-ewwel darba beda jinstema’ dal-ħoss stramb. Imma llum, raġel determinat bl-isem ta’ Mario kien lest biex isolvi dan il-misteru hekk sopranaturali.

Hekk kif Mario daħal f’din id-dar hekk stramba u tal-biża’, mill-ewwel beda jisma’ ħafna ħsejjes mhux tas-soltu. Mario beża’ mhux ftit, imma rabba l-kuraġġ u baqa’ għaddej jimraħ f’din id-dar daqs dinja. Huwa beda jikteb xi noti u jieħu ritratti ta’ kulma kien qed jara, jisma’ u jxomm. Mario beda jara ħafna affarijiet mhux tas-soltu bħal pjanu jdoqq waħdu, pitturi bin-nies jiċċaqalqu u mirja li juruh xeni tant makabri li jqajmulek ġismek xewk xewk!

Imma, l-aktar ħaġa li twaħħxek kienet dak il-ħoss li issa Mario kien ċert li kien ġej minn mara li lwewlha għonqha u tawha, milli Mario seta’ jara, ħamsin daqqa ta’ stallett f’għonqha. Din marret tiġri lejn Mario, imma hu kien ħafif biżżejjed li rnexxielu jaħrab jiġri minn ġrajja fatali!

Marija

ta’ Nicole Vassallo 8 Brussels

Marija! Marija! Kieku taf kemm iddejjaq nies! Ħa ngħidilkom ħbieb ... Marija, il-ġara tiegħi, hija s-seksieka tat-triq tagħna. Jien u sħabi nistħajluha l-kamera tas-sigurtà tat-triq għax kulma jiġri tkun tafu!

Marija għandha ħamsin sena u tgħix mal-povru żewġha, John u ż-żewġt itfal tagħhom, Miriam u Luke. Marija għandha xuxitha sewda faħma u qasira. Għandha par għajnejn suwed kbar. Tħares lejhom biss, iwaħħxuk! Fiha mara daqsiex. Mhux bħal bintha għax dik waħda minn tal-moxt u l-mera, bi lsien twil u laxk, tant li kemm-il darba ġiet fl-inkwiet minħabba fih.

Ommha Marija għandha karattru xejn pjaċevoli. Ma tifraħ b’xejn u dejjem trid issib ix-xagħra fl-għaġina. Naħseb li jekk rajtha tidħak darbtejn, ħafna! Il-ġurnata tagħha tqattagħha wara l-purtiera tissindika ħalli jkollha materjal biżżejjed biex isseksek dwar dik u dwar l-oħra. Kull meta ndum ma nidħol id-dar, tmur għand tal-merċa u ma’ kull min tiltaqa’, ittarraflu. Imbagħad wara li l-kelma tasal għandi, tiġi tiskuża ruħha.

Imma għall-magħmul, m’hemmx kunsill!

U hemm ... Miriam bħal ommha ħierġa għax skont iz-zokk il-fergħa, hux!? Marija xejn mhi maħbuba min-nies tar-raħal għax tassew iddejqek. Fuq kollox, in-nies ma jkunx jimpurtahom x’għamilt jien u x’għamlu Ċikku u Peppu. Imma għal Marija, jekk ma tmurx tiftaħar kemm taf x’għamilna, dnub! L-aqwa waħda kienet ta’ meta sħabi ġew għandi u qabdu u daħlu għax kellhom iċ-ċavetta. Ġabet lill-pulizija għalxejn għax ħasbithom deħlin jisirqu.

Lili, nies bħal Marija tassew idejquni għax kulħadd għandu xi jxomm taħt abtu! Mhux sew wieħed joqgħod jikkritika lin-nies u jindaħal f’ħajjithom! Fuq kollox naħseb li jekk xi ħadd jibda jseksek dwarha, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt!

Mill-pinna

tal-istudenti

Page 5: Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo Masterminds: Payback—Gordon Korman The ad Guys in mission unpluckable—Aaron

5

Fid-Dar il-Ħamra Seħħet Ġrajja tal-Biża’

ta’ Andrea Micallef 7 Cairo

Fid-dar ta’ Ċetta seħħet ġrajja tal-waħx. Din il-ġrajja għadha tidwi f’moħħ

in-nies tar-raħal. Ċetta kienet mara qrib is-sittin. Imma x-xorti ħażina

kienet missitha. Fid-dar tagħha kien hemm kamra żgħira li fiha kienet

titfa’ xi kotba qodma li kienet tkun taf l-istorja tagħhom fuq ponot

subgħajha għax għandek tkun taf li din Ċetta tħobb taqra ħafna.

Biex ma ntawwalx, din kellha xi mitt ktieb merfugħ f’din il-kamra.

Darba Ċetta fetħet il-kamra biex toħroġ l-umdità u marret tixtri

mingħand tal-ħaxix. Ix-xemx kienet qed tiddi ġmielha għalhekk

ir-raġġi daħlu fil-kamra u missew il-kotba. Il-kotba bdew joħorġu

l-fwar u bdiet ħierġa riħa ta’ ħruq li beda jifforma f’karattri

differenti. Kienu l-karattri ta’ kull ktieb li kien hemm fil-kamra.

Huma bdew jinfirxu mad-dar kollha!

Sfortunatament, Ċetta kienet waslet u xħin rat dawk in-nies

strambi, aktar u aktar meta lemħet lill-aljen, għajtet għajta li kont tismagħha tirbombja minn mili ‘l bogħod.

Il-karattri twerwru u nbidlu fi trab fin lewn il-peprin. It-trab kollu weħel mal-ħitan tad-dar. U b’hekk saret magħrufa

bħala d-dar il-ħamra.

Nassigurakom li qatt aktar ma reġgħet misset l-għatba tal-bieb u lanqas ir-raħħala ma resqu aktar ‘l hemm wara li

saru jafu x’ġara!

Brimbu

ta’ Victoria Magro 7 Cairo

Toninu jgħid li jien l-akbar ħabib li għandu. Jisimni Brimbu. Sidi jistqarr dejjem li

ismi jixraqli u meta jistaqsuh għala semmieni hekk, jirrispondihom li minħabba

l-kulur ta’ pili u għax issibni kullimkien, bħall-brimb!!

Ġieli Toninu lanqas ilaħħaq miegħi. Ta’ sikwit nisimgħu jonfoħ u jilheġ aktar

minni! Jien kelb vivaċi ħafna u meta mmorru xi passiġġata, l-hena tiegħi niġġerra

bla ċinga u nisimgħu jgħajjatli biex nistennieh. Inkun qisni l-maħrub!

Sidi jieħu ħsiebi u tgħidx kemm ifissidni. Ma jħallini nieqes minn xejn! Matul

il-ġurnata, is-sjuna dejjem tkun miżgħuda b’ikel apposta għalija u b’ilma frisk.

Filgħaxijiet dejjem iħejjili platt sħun ma’ tiegħu. Xi drabi jagħtini biċċa ċikkulata

tagħqad fuq id-difrejn! Sfortunatament, ftit jagħtini għax dejjem jisħaqli li mhux

tajba għal saħħti. Mmmm ... kemm indum nilgħaqhom il-mustaċċi!

Nistqarr li jdejjaqni ftit meta joqgħod jimsaħli pili biċ-ċarruta tas-sapun. Iżda

xħin narah jitbissimli ferħan, ninbaħlu tnejn u jagħfasni miegħu, qalbi tinħall!

Inħossni fis-seba’ sema għax inkun naf li wasal ħin l-irdoss!

Uħud igergru u jgħidu li ngħix ħajja ta’ kelb! Sinċerament, ma nibdilha ma’ xejn!

Page 6: Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo Masterminds: Payback—Gordon Korman The ad Guys in mission unpluckable—Aaron

6

Billionaire Boy By David Walliams

Lately, I have read the book ‘Billionaire Boy’. Its main character is called Joe

Spud. Joe Spud was an eleven-year-old boy who had a rich father.Joe disliked

his posh school and had no friends so he told his father that he wanted to go

to a normal school, and so he did. On his first day, he met a boy called Bob

and they bonded over a chocolate bar that they bought from Raj, a

newsagent. One day, the bullies called the Grubbs started bullying Bob. Joe

decided to pay the Grubbs ten pounds to stop them from bullying his friend.

When Bob found out that Joe had paid them, he got really mad and they

were not friends anymore. The next day, a new girl called Lauren started

attending Joe's school and they became friends. At the same time, Leonard Spud, Joe's dad, started

dating a gold digger called Sapphire. Weeks later, Leonard threw a pool party and on that very day, Joe

found out that Lauren was an actress that his father had paid for and Joe got furious and ran away from

home. He went to stay with Raj and the next day he travelled to Bob's house, where he apologised with

the help of Raj. After that, Joe went back to his house to save his dad from the media because he had

lost all of his money as Sapphire ran out of the house. They decided to go to stay at Bob's house, and a

few years later Bob's mum and Joe's dad got married.

If you have liked this story-line, I recommend you to read this book!

Jessica Gauci Year 7 Dublin

Easter in Malta

Easter is celebrated differently around the world. Every country has its own traditions. Today, we will have a look

at some Maltese traditions during Easter time.

Malta has some traditions that make it stand out from the rest. The main traditions are the processions held on the

feast of Our Lady of Sorrows, Good Friday and Easter Sunday. Processions are popular in Malta and also in Gozo.

Every year, nineteen processions are organised –

fourteen in Malta (Birgu, Cospcua, Gżira, Mosta,

Qormi in the two parishes of St.George and

St.Sebastian, Rabat, Senglea, Valletta, Żebbug,

Żejtun) and five in Gozo.

On Easter Sunday, various villages organise the

procession of the Risen Christ. The Maltese like to

celebrate this feast with the family. After forty days

of fasting, on Easter Sunday, Maltese children eat the

traditional Easter egg. Very popular sweets eaten

during Easter time are the traditional Maltese ‘figolli’

and ‘kwareżimal’.

Happy Easter to everyone!

Page 7: Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo Masterminds: Payback—Gordon Korman The ad Guys in mission unpluckable—Aaron

7

Strawberry Festival

Imġarr April 2017

On its 10th year, ‘Festa Frawli’ will take place in

the parish church square, and will feature a

constant supply of freshly picked strawberries as

well as a great variety of strawberry-themed

desserts, snacks and drinks on sale throughout

the day.

Novelty strawberry-based dishes will be

prepared by professional chefs for the duration

of the festival, while a prize will be awarded for

the tastiest strawberry cupcake during a

specially organised baking competition.

Entertainment will feature Maltese musicians

playing traditional instruments and tunes,

accompanied by folk dance troupes. Offering train rides, horse riding, fun games and animators, this event

promises fun for all the family.

Michael Matthews 7 Dublin

Attard, den 22. Dezember, 2016

Lieber Andreas,

Hallo! Wie geht es dir? Ich komme aus Malta und ich wohne in Attard. Ich erzähle etwas über meine Stadt. Das

liegt in der Mitte von Malta. Attard ist ein schönes, modernes und groβes Dorf. Hier finden Sie eine Schaukel und

viele Lebensmittelgeschäfte. In Attard gibt es viele interessante Plätze, wie die Amerikanische Botschaft, die San

Anton Gärten und den Präsidenten Palast. Man kann hier spazieren gehen oder Rad fahren.

Bis bald!

Dein

Greg Scerri 8 Ankara

Hallo Lukas!

Ich bin elf Jahre alt. Ich komme aus Malta und ich

wohne in Dingli. Ich bin Einzelkind. Ich habe keine

Geschwister. Meine beste Freunde heiβen Maya

Vella, Cheryl Farrugia und Janaya Cutajar. Sie sind

elf Jahre alt und kommen aus Malta. Sie wohnen

in Dingli. Aufwiedersehen!

Clayton Schembri—7 Cairo

Page 8: Iċ Ċag kija - St. Nicholas College Rabat Middle School...Will Wilder—The relic of perilous falls—Raymond Arroyo Masterminds: Payback—Gordon Korman The ad Guys in mission unpluckable—Aaron

8

Kompetizzjoni bi Premju Il-librerija qiegħda tistedinkom sabiex tipparteċipaw fil-kompetizzjoni tal-fuljett billi tqabblu l-awturi mal-ktieb fil-

kolonna t’hawn isfel. Il-kotba msemmija kollha jinsabu fuq l-ixkafef tal-librerija tagħna. Ġibu r-risposti tagħkom

(tistgħu tagħmlu fotokopja) il-librerija sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Mejju, 2017. Se jingħataw rigali ta’ kotba lil tliet

rebbieħa. Nistennewkom!

Għid min kiteb il-ktieb billi tpoġġi n-numru ħdejn l-isem tal-awturi

Isem tal-ktieb Isem tal-awturi

1 Puppy Power Philip Ardagh

2 Horrid Henry’s Cracking Christmas Candy Harper

3 Mr Gum and the Goblins Eva Ibbotson

4 The Grunts all at sea Francesca Simon

5 Billy Bonkers John Matthews

6 Magic Ink Sam Penant

7 Perfectly Ella Anna Wilson

8 Hero 41 The people in the wall Giles Andreae

9 Henry Hunter and the beast of snagon Steve Cole

10 Not just a witch Andy Stanton

In Garments all Red by Miriam Tanti 8 Brussels

I have recently read a very good book called ‘In Garments all Red’, written by

Fr Godfrey Poage CP. It is a short biography of St Maria Goretti, one of the

youngest martyrs in Catholicism.

Maria lived with her humble family in great poverty. She lost her father

when she was very young, so she had to work to help her widowed mother.

Maria never went to school. Her mother said that the little girl was docile

and obedient, and loved God with all her heart. Her heart belonged to Him.

When she was eleven, she asked her mum; “Mother when will I make my

First Communion. I can no longer live without Jesus”. Years later, her mother

would say: “My Maria made her first communion like a saint”.

I July 1902, when she was just 12 years old, she was faced by a terrible

decision: Sin or death. Maria’s answer to Alessandro was clear, “No! No!

God does not want this!”.

Maria Goretti was canonised in 1950, in the presence of her mother, family and over half a million people.

Isem u Kunjom ____________________________________ Klassi ______________________